Sajjieda f’villaġġ tal-Kambodja li jistadu fix-xmajjar qabdu dik li qiegħda tiġi meqjusa bħala l-ikbar ħuta tal-ilma ħelu qatt maqbuda. Din il-ħuta hija ħamiema tal-baħar (stingray) u tiżen xejn minn 300 kilo. Tant kienet tilqa’ kien hemm bżonn tużżana rġiel biex iwassluha tal-port.
Il-ħamiema, li hija twila erba’ metri, reġgħet ġiet meħlusa fix-xmara minn fejn inqabdet wara li xjentisti għamluha ċippa biex ikunu jistgħu josservaw il-moviment u l-imġiba tagħha.