Tuesday, May 14, 2024

Waterpolo: Faċli għal Neptunes kontra Valletta

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Neptunes……. 20

Valletta…………3

(3-1, 8-0, 3-1, 6-1)

Neptunes xejn ma tħabtu biex għelbu l-isfida ta’ Ta’ Xbiex bl-iksor kbir ta’ 20-3.

Għalihom impressjona Stevie Ca­milleri li skorja xejn inqas minn seba’ goals.

Neptunes bdew fuq nota kajmana minkejja li rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’ 3-1 bil-goals jaslu minn Jordan Camilleri u Stevie Camilleri (2). Michele Mifsud skorja l-uniku goal għall-Beltin.

Madankollu, fit-tieni ses­sjoni Neptunes ħadu r-riedni tal-logħba għal kollox f’idejhom meta skorjaw tmien goals mingħajr risposta bl-iskorers ikunu Gabriel Pace, Stevie Camilleri (3), Alec Fenech, Sam Gialanze, Jake Muscat u James Spiteri Staines.

Neptunes rebħu wkoll it-tielet sessjoni din id-darba bil-punteġġ ta’ 3-1, bl-awturi tal-goals għalihom iku­nu Stevie Camilleri, Jeremy Abela u Jake Muscat. Min-naħa l-oħra, Sebi Busuttil skorja l-goal waħdani għat-team mill-belt kapitali.

It-team mill-Balluta għa­mel l-en plain hekk kif rebaħ ir-raba’ sessjoni minn erbgħa fejn għamel dan bl-iskor ta’ 6-1, bil-protagonisti jkunu Jake Muscat (3), Sam Gialanze u Stevie Camil­leri (2) filwaqt li Sebi Busuttil irnexxielu jsib ix-xibka għall-Beltin.

Neptunes: 1-Alan Borg Cole, 2-Jake Muscat (5), 3-Sam Gialanze (2), 4-Gabriel Pace (1), 5-Jake Cachia, 6-James Spiteri Staines (1), 7-Stevie Camilleri (7), 8-Jordan Camilleri (1), 9-Jeremy Abela (1), 10-Michael Spiteri Staines, 11-Alec Fenech (2), 12-Mark Castillo – Coach: Jovan Popovic

Valletta: 1-Benji Busuttil, 2-Nicholas Farrugia, 3-Matthew Pace, 4-Luke Hyzler, 5-Sebi Busuttil (2), 6-Zachary Micallef, 7-Daniel Paolellla, 8-Michele Mifsud (1), 9-Stephen Micallef, 10-Andrea Agius, 11-Keith Galea, 12-Jan Culic, 13-Andrea Bugeja, 14-Reinhard Attard, 15-Luca Felice – Coach: Joe Cremona

Referees: Gianfranco Bonavita, Richard Magri

Sport