Saturday, May 4, 2024

Waterpolo; Exiles jikkwalifikaw għall-Kampjonat Premier

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Exiles. ………….5

Marsaskala ……4

(0-0, 1-1, 2-1, 2-2)

F’partita mill-isbaħ u ferm bilanċjata, Exiles għelbu lil Marsakala bl-iskor strett ta’ 5-4, biex b’hekk assiguraw post fil-Kampjonat Premier waqt li kkastigaw lill-Iskalin għall-Ewwel Diviżjoni.

Mill-ewwel battuti deher l-andament tal-logħba hekk kif iż-żewġ timijiet ma tawx spazju lil xulxin.

Fl-ewwel sessjoni rrenja bilanċ assolut u għall-ewwel darba matul dan l-istaġun, din intemmet bl-iskor ta’ mingħajr goals.

It-tieni sessjoni wkoll intemmet fi draw din id-darba 1-1, bil-goal għal Exiles jasal minn Mark Fenech filwaqt li Ayrton Camenzuli wieġeb għall-Iskalin.

Il-partita kompliet tirriżulta bħala waħda ferm bilanċjata u akkanita u Exi­les rebħu t-tielet sessjoni bl-iskor ta’ 2-1, bl-awturi tal-goals ikunu Max Aquilina u Matteo Martellacci. Jake Ciantar skorja l-uniku goal għall-Iskalin.

Fl-aħħar sessjoni rrenja bilanċ assolut hekk kif din intemmet bl-iskor indaqs ta’ 2-2 bl-bil-goals għal Exiles jaslu minn Philip Paris u Kurt Griscti. Dan filwaqt li Gerald Sammut u David Pace Lupi wieġbu għal Marsaskala.

Exiles: 1-Matthew Castillo, 2-Niall Saliba, 3-Luke Gialanze, 4-Philip Paris (1), 6-Sean Xerri De Caro, 7-Mark Fenech (1), 8-Kurt Griscti (1), 9-Niki Paris, 10-Jake Bajada, 11-Max Aquilina (1), 12-David Fenech, 13-Gianluca Borg, 14-Matteo Martellacci (1), 15-Liam Pursehouse – Coach: Aurelien Cousin

Marsaskala: 1-Jurgen Micallef, 2-Jean Claude Cutajar, 4-Paul Privitera, 5-Raoul Greco, 6-Gianluca Galea, 7-Kyle Navarro, 8-Malcolm Manara, 9-David Pace Lupi (1), 10-Gerald Sammut (1), 11-Jake Ciantar (1), 12-Mark Carani, 13-Aidan Muscat, 14-Ayrton Camenzuli (1) Coach: Arpad Babay

Referees: Alex DeRaffaele, Aldo Rovandi

Sport