Il-Papa Franġisku deher li ma tantx ried jitlaq mil-Laboratorju tal-Paċi. Minkejja li l-ħin kien qed jagħfas ġmielu, hu baqa’ hemmhekk, fejn għal xi mumenti dehru anke l-membri tas-sigurtà fuq ix-xwiek biex il-programm jitkompla skont il-ħin.
Preżenti fil-Laboratorju tal-Paċi kien hemm għadd ta’ minuri mhux akkumpanjati fejn Papa Fraġisku f’mument minnhom deher jitkellem għal ammont ta’ ħin ma’ wieħed minn dawn it-tfal.
F’dan il-post il-Papa deher jitbissem kontinwament u tant kienet xi ħaġa evidenti li bħal donnu ma riedx jitlaq tant li mis-6:15 p.m kif skedat, huwa spiċċa ħalla pajjiżna madwar siegħa wara.