Saturday, September 7, 2024

Fil-lejl ta’ bejn it-Tnejn u t-Tlieta mistennija tgħaddi maltempata minn fuq pajjiżna

Aqra wkoll

Illejla kien hemm l-ewwel indikazzjoni li t-temperatura bdiet niżla bil-mod hekk kif madwar il-pajjiż inħasset żiffa mill-Majjistral. Wara kollox issa Ottubru u terġa’ tibda l-iskola, allura wieħed jibda jistenna dan it-tip ta’ temp.

Bil-lejl bejn it-Tnejn u t-Tlieta mistennija li tgħaddi maltempata bir-ragħad minn fuq il-gżejjer Maltin, iżda bħala xita mistennija tinżel mejda ta’ bejn 3mm u 9mm.

Għada filgħodu t-temp se jkun il-biċċa l-kbira xemxi li jsir ftit imsaħħab bil-possibilita ta’ ħalba xita iżolata mal-jum biex imbgħad ikompli jisaħħab aktar ma jersaq il-lejl.

L-ogħla temperatura għada se tkun 26°C u tinħass grad inqas filwaqt li l-inqas tkun 18°C u l-istess tinħass grad inqas.

Ir-riħ se jkun mill-Majjistral forza 5 għal 6 matul il-jum li jdur Grieg it-Tramuntana filgħaxija, iżda jonqos għal forza 3 għal 4. Il-baħar se jkun qawwi għal moderat fejn hu mistenni mewġ għoli bejn 2.7 metri għal 1.8 metri. Temperatura tal-baħar se tkun 27°C.

Ekonomija

Sport