Sunday, December 22, 2024

“Fil-manifest Għawdex jissemma’ 300 darba, b’53 proposta diretta għalih” – Il-PM Robert Abela

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru Robert Abela semma kif iż-żmien li Għawdex jibqa’ fil-periferija tad-deċiżjonijiet spiċċa, “Għawdex huwa fil-qalba tal-ħidma tal-Gvern.”

Abela kompla jgħid li dan deher matul il-pandemija fejn Għawdex ingħata importanza daqs Malta u “meta għamilna proġett għal Malta, għal Għawdex rajna li dan jasal hemm ukoll.”

Il-Prim Ministru rrimarka kif hu għandu l-priveleġġ li mexxa fi żmien meta Ghawdex għandu l-aktar rata ta’ impjiegi u l-inqas rata ta’ qgħad. “Se nkun magħkom fil-futur, fejn permezz ta’ elf proposta ser nagħmlu elf kisba.

Il-Prim Ministru semma’ kif fil-manifest tal-Partit Laburista Għawdex jissemma’ 300 darba, b’53 proposta diretta biex l-Għawdxin ikollhom futur isbaħ.

“Għawdex diġá sabiħ iżda jekk ittuna mandat inġibuh aktar sabiħ.”

Aktar qabel:

Il-Prim Minisitru ta’ Malta Robert Abela, bħalissa ser jindirizza attività politika bit-tema Malta Flimkien, fix-Xewkija Għawdex.

Ekonomija

Sport