Saturday, November 23, 2024

Fil-Messiku: Raġel jintbagħat 50 sena ħabs talli ordna l-qtil ta’ ġurnalista

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fil-Messiku raġel intbagħat 50 sena ħabs talli ordna l-qtil ta’ ġurnalista prominenti.

Miroslava Breach, li fost affarijiet kienet tkopri stejjer dwar drogi, kriminalità organizzata u l-korruzzjoni fil-pajjiż, kienet waħda mill-11-il ġurnalist maqtula fl-2017 fil-Messiku.

Il-prosekuturi qalu li t-terminu ta’ ħabs li weħed Juan Carlos Moreno stabbilixxa preċedent f’każi li jinvolvu reati kontra l-libertà tal-espressjoni. 

Il-midja barranija rrappurtat li 90% tal-attakki fuq il-ġurnalisti f’dan il-pajjiż ma ġewx solvuti, bil-grupp għad-drittijiet tal-membri tal-istampa, Propuesta Cívica, jħeġġeġ lill-awtoritajiet Messikani biex jinvestigaw tali attakki.

Il-Messiku huwa kklassifikat regolarment mill-għaqda Reporters Without Borders bħala wieħed mill-aktar pajjiżi perikolużi fid-dinja għall-ġurnalisti. 

Sport