Turist kellu jiddaħħal l-Isptar wara li lbieraħ, għall-ħabta tas-7:00 p.m. weġġa’ fi Triq il-Blata, f’Wied il-Mielaħ, l-Għarb, Għawdex.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li Ingliż ta’ 25 sena tilef il-kontroll tal-quad bike Segway Snarler li kien qed isuq u nqaleb.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħaditu l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għall-kura meħtieġa sakemm imbagħad kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei minħabba li l-kundizzjoni tiegħu qalbet għall-agħar. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Brigitte Sultana li fetħet inkjesta.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.