Friday, November 22, 2024

Fil-periklu tal-mewt wara li jittajjar minn karozza fir-Rabat

Aqra wkoll

Ġuvni ta’ 18-il sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li ntlaqat minn vettura fir-Rabat. L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-6.20 p.m. fi Triq Ħad-Dingli.

Jirriżulta li l-ġuvni ntlaqat minn vettura tat-tip Honda Fit misjuqa minn raġel ta’ 62 sena residenti r-Rabat.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna, bil-ġuvni jittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura, fejn atkar tard irriżulta li kien qed isofri minn ġrieħi serji.

Bil-każ ġiet informata l-Maġistrat tal-Għassa Nadine Lia li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi espertisabiex jassistuha.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport