Tuesday, November 26, 2024

Fil-periklu tal-mewt wara li tilef il-kontroll tal-mutur u ħabat ma’ roundabout

Aqra wkoll

Raġel ta’ 28 sena ġie ċċertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt wara li għall-ħabta tas-6.45am kien involut f’inċidnet tat-traffiku fi Triq Tul il-Kosta, in-Naxxar.

Fi stqarrija l-pulizija qalu li mill-ewwel investigazzjonijiet jirriżulta li żewġt irġiel ta’ 28 sena residenti San Pawl il-Baħar kellhom bżonn l-assistenza wara li l-mutur li kienu fuqu, tal- għamla Aprilia SR125 kellu impatt ma’ roundabout fl-istess triq.

Huma ngħataw l-għajnuna minn tim mediku u ttieħdu l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza. Aktar tard ix-xufier kien iċċertifikat bi ġrieħi serji filwaqt li l-passiġġier ma kellux ġrieħi.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Monica Vella LL.D. ħatret inkjesta filwaqt li l-Pulizija għaddejja bl- investigazzjonijiet fuq il-każ.

Sport