Saturday, February 7, 2026

Fil-Polonja: Tingħata l-aħħar tislima lil Oliwia Wojnowska li tilfet ħajjitha fiċ-Ċirkewwa

Aqra wkoll

Is-Sibt waranofsinhar f’Magdalenka fil-Polonja ingħatat l-aħħar tislima lil Oliwia Wojnowska, it-tifla ta’ 13-il sena li ġiet fuq btala mal-familja tagħha f’Malta u tilfet ħajjitha fiċ-Ċirkewwa wara li nġarret mill-mewġ qawwi.

Midja internazzjonali rrapurtat li għal funeral kien hemm attendenza kbira u li bosta sellmu l-memorja tat-tifla li tilfet ħajjitha wisq kmieni. Tul il-passaġġ sal-artal tqiegħed tapit ta’ fjuri bojod bħala simbolu tal-innoċenza u l-purità ta’ Oliwia.

Waqt l-omelija, il-qassis qal li Oliwia ħalliet marka f’qalb dawk kollha li kienu jafuha u spjega li dan huwa mument iebes u ta’ firda għall-ġenituri u għal ħuta li kienu magħha sal-aħħar vjaġġ ta’ ħajjitha.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport