Monday, January 6, 2025

Fil-Qorti s-sitt persuna b’rabta mal-ħtif ta’ raġel fir-Rabat

Aqra wkoll

Luke John Milton ta’ 25 sena mir-Rabat tressaq il-Qorti mixli bil-ħtif ta’ persuna x-xahar li għadda.

Milton huwa s-sitt persuna li qed ikun mixli b’akkużi dwar il-ħtif ta’ Carlos Schembri fir-Rabat. Huwa tressaq separament il-Qorti lbieraħ billi fl-aħħar jiem kien qiegħed jingħata l-kura fl-Isptar Mater Dei.

L-akkużati l-oħra huma Christian Borg ta’ 28 sena mis-Swieqi, Thorne Mangion ta’ 27 sena minn  Ħal Qormi, Burton Azzopardi ta’ 20 sena minn Bormla, Jeremy Borg ta’ 20 sena minn Ħal Qormi u Tyson Grech ta’ 26 sena mill-Isla.

Milton, li fil-Qorti kien assistit mill-Avukati Stefano Filletti u Matthew Xuereb, kien mixli wkoll li żamm lil Schembri kontra l-volontà tiegħu, heddu bil-mewt, li weġġgħu ħafif, seraqlu €1,000 fi flus u oġġetti oħra u li kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest fost oħrajn. 

Huwa wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontra tiegħu u ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €3,000 u garanzija personali ta’ €5,000. Il-Qorti ħarġet ordni ta’ protezzjoni favur il-vittma u l-familja tiegħu.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Avukat Karl Muscat mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali megħjun mill-Ispetturi Sarah Zerafa u Roderick Attard.

Ekonomija

Sport