L-aħbar kienet ilha fl-arja iżda issa ġiet ikkonfermata. Filippo Inzaghi se jkun il-kowċ il-ġdid ta’ Salernitana wara li l-ogħla uffiċjali tal-klabb neħħew lill-Portugiż Paulo Sousa mill-kariga. Dan kollu seħħ wara t-telfa ta’ 3-0 kontra Monza, bit-tim li għaddej minn mument ħażin ħafna tant li kiseb biss tliet punti minn tmien logħbiet.
Inzaghi se jkun qed jibda avventura ġdida wara li fil-passat mexxa lil Milan, Venezia, Bologna, Benevento, Brescia u Reggina.