Friday, July 24, 2026
Home Sport Jadon Sancho se jitlaq lil Manchester United f’Jannar

Jadon Sancho se jitlaq lil Manchester United f’Jannar

0
313

L-attakkant internazzjonali Ingliż Jadon Sancho mistenni li jħalli lil Manchester United, f’Jannar li ġej. Jidher li r-relazzjoni bejnu u bejn il-kowċ Erik Ten Haag xejn m’hi tajba u dan kollu jista’ jwassal għal soluzzjoni waħda, dik li jfittex destinazzjoni oħra.

Sadanittant Juventus jinsabu attenti għal dak li qed jiġri u mistennija jippruvaw iġibu lil dan il-plejer fuq bażi ta’ self.

S’issa Sancho lagħab 58 logħba ma’ Manchester United u skorja disa’ gowls kemm ilu li ngħaqad magħhom fl-2021.