Thursday, November 12, 2026
Home Sport L-Ungerija rrabjata ma’ Liverpool dwar Dominik Szoboszlai

L-Ungerija rrabjata ma’ Liverpool dwar Dominik Szoboszlai

0
27

L-Ungerija esprimiet id-diżappunt tagħha lejn Liverpool dwar il-mod kif ġiet trattata l-injury fl-irkoppa ta’ Dominik Szoboszlai, li qed tqiegħed f’dubju l-parteċipazzjoni tiegħu fil-logħbiet internazzjonali li jmiss.

L-eks coach Ungeriż, Janos Csank, ikkritika d-deċiżjoni li Szoboszlai jitħalla jkompli jilgħab fir-rebħa ta’ 3-1 kontra Crystal Palace, minkejja li kien qed isofri minn uġigħ fl-irkoppa.

Il-midfielder ta’ 26 sena eventwalment ħareġ fis-69 minuta.

L-Assoċjazzjoni tal-Football Ungeriża kkonfermat li l-plejer għandu nefħa fl-irkoppa u għadha qed tittama li   jkun disponibbli għal-logħbiet kontra l-Georgia u l-Irlanda ta’ Fuq fl-14 u s-17 ta’ Novembru rispettivament.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here