Saturday, December 21, 2024

[FILMAT EMOZZJONANTI] Tobba u infermieri jinfexxu f’ċapċip ta’ ferħ wara li tarbija titneħħa minn fuq ventilator

Aqra wkoll

YouTube video

F’filmat emozzjonanti, ħaddiema ta’ sptar Spanjol infexxew f’ċapċip ta’ ferħ wara li tarbija ta’ ebra’ xhur tneħħa minn fuq il-ventilator wara li kien spiċċa infettat bil-virus Covid-19.

It-tarbija tat-twelid, li isimha ma ġiex żvelat, nhar is-16 ta’ Marzu li għadda ddaħħal l-isptar reġjonali ta’ Malaga wara li kien trasferit mill-isptar ta’ Marbella.

Il-midja lokali qed tirrapporta li t-tifel, li kien jinħtieġ il-ventilator minħabba li kellu problemi biex jieħu n-nifs, issa nħareġ mit-Taqsima tal-Kura Intensiva, bil-ħaddiema tal-isptar jibdew iċapċpu hekk kif tneħħa minn fuq it-tagħmir mediku.

Jose Camacho, il-kap tal-isptar Spanjol, qal li t-tarbija kien irrisponda sew għat-trattament u m’għadux jinħtieġ l-użu tal-ventilator.

Camacho żied jgħid li “każi bħal t’ dan it-tifel, li m’għadhomx jinħtieġu ventilator, qed jagħtuna s-saħħa biex inkomplu niġġieldu lill-virus”.

Skont l-aħħar ċifri maħruġin mill-Università John Hopkins, Spanja rreġistrat 131,646 każ ta’ persuni li ġew infettati bil-Covid-19. Fl-istess waqt irreġistrat 12,641 każ ta’ mewt, bi 38,050 pazjent jirnexxilhom jirkupraw.

Ekonomija

Sport