“Oqogħdu attenti.” din hija t-twissa li sid ta’ ħanut għamel lil sidien ta’ ħwienet oħrajn, speċjalment dawk fl-inħawi ta’ Tas-Sliema wara li safa fil-mira ta’ ħalliel.
F’filmat li huwa ppubblika fuq il-midja soċjali, raġel liebes beritta u maskra tal-wiċċ jidher jidħol fil-ħanut u wara mumenti jifli l-prodotti fuq l-ixkaffa jidher jieħu flixkun u jaħbih taħt il-flokk li kien liebes.
Ir-raġel jidher jitlaq mill-ħanut immedjtament wara.
L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tat-7.40 a.m.
Kull min għandu tagħrif jista’ jagħmel kuntatt mal-Pulizija.