Saturday, May 4, 2024

FILMAT: “Malta l-aktar destinazzjoni sigura fl-Ewropa biex tilqa’ t-turisti”

Aqra wkoll

“Malta hija l-aktar destinazzjoni sigura fl-Ewropa għal meta se nkunu qed nilqgħu mill-ġdid it-turisti fostna fi ftit jiem.” Dan qalitu l-Ministru għat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli f’intervent li għamlet fuq is-CNN.

Fl-intervistata mal-ġurnalist popolari Richard Austin Quest, il-Ministru Farrugia Portelli tenniet li Malta kienet fost l-ewwel pajjiżi li ssuġġeriet u implimentat il-kunċett ta’ ‘safe corridors’ għal vjaġġar.

Saħqet li s-settur turistiku huwa pilastru importanti għall-ekonomija lokali, tant li jammonta għal madwar 30% tal-Prodott Domestiku Gross, madankollu l-Gvern sa mill-bidu nett tal-pandemija poġġa s-saħħa fil-quċċata tal-aġenda. Tant li Malta kienet l-ewwel pajjiż li għalqet il-fruntieri tagħha.

“Il-mira tagħna kienet il-konteniment tal-pandemija,” saħqet il-Ministru.

Hija emfasizzat ukoll in-numru ta’ testijiet li saru fuq il-popolazzjoni biex l-imxija tal-virus tiġi kontenuta, b’wieħed minn kull ħames persuni jagħmel is-swab test li jiddetermina jekk persuna hijiex infettata jew le bil-virus tal-Covid-19.

“Ninsabu ppreparati u s-sistema tagħna wkoll tinsab għal-lest biex nilqgħu mill-ġdid it-turisti fostna,” temmet tgħid il-Ministru Farrugia Portelli.

Sport