Wednesday, July 22, 2026
Home Sport Fiorentina jippruvaw jiksbu lil Fagioli għal kollox

Fiorentina jippruvaw jiksbu lil Fagioli għal kollox

0
84

Fiorentina se jkunu qed jiddiskutu ma’ Juventus dwar il-possibbilta’ li jakkwistaw għal kollox lil Nicolo Fagioli wara t-30 ta’ Ġunju li ġej.

Il-plejer Taljan jinsab mal-Viola fuq bażi ta’ self u fl-ewwel jiem tiegħu magħhom qed jimpressjona mhux ftit tant li d-diriġenti tal-klabb qed jaħsbu kif jistgħu jtuh kuntratt attraenti.

Huma jridu joħorġu s-somma ta’ €15-il miljun għal dan il-plejer li qed jaħsibha serjament dwar dan kollu hekk kif jingħata aktar garanzija li jilgħab b’mod regolari mal-ewwel ħdax.