Thursday, December 26, 2024

Fir-Renju Unit: Jingħataw piena eħrex il-ġenituri li ħallew lil binthom tmut fil-ħmieġ kawża ta’ negliġenza

Aqra wkoll

Koppja Ingliża li ħalliet lil bintha ta’ 16-il sena tmut fil-ħmieġ kawża ta’ negliġenza qawwija għadha kemm ingħat piena eħrex minn dik preċendenti.

F’Marzu li għadda, Alun Titford (missier Kaylea) kien kkundannat seba’ snin u sitt xhur ħabs filwaqt li l-omm, Sarah Lloyd-Jones, ingħatat sentenza ta’ sitt snin priġunerija. Is-sentenza tagħhom għadha kemm ġiet revokata llum fil-Qorti tal-Appell quddiem l-Imħallef Popplewell, fejn il-piena tal-koppja telgħet għal 10 snin u tmien snin ħabs rispettivament.

Kaylea Titford, żagħżugħa bi spina bifida u li kienet f’siġġu tar-roti, għexet f’kundizzjonijiet orribbli fid-dar tal-familja tagħha fi Newton, Wales, fosthom, il-ħwejjeġ u l-lożor tal-kamra tas-sodda tagħha kienet miżgħuda bl-insetti. Il-ħaddiema tas-servizzi tas-saħħa li marru fid-dar fejn kienet tgħix Kaylea dakinhar li nstabet mejta fl-10 ta’ Ottubru tal-2020, qalu li tant kien hemm irwejjaħ jintnu fil-kamra tagħha li ma bdewx iħossuhom sew. Huma qalu li sabu bott bl-awrina u catheter  fil-kantuniera tal-kamra ta’ Kaylea, flimkien ma’ ammont ta’ pads maħmuġin mal-art.

Il-Prosekuzzjoni qalet li l-missier kien qal lill-Pulizija li t-tifla kienet ilha xi sena ma tinħasel fix-shower: “Lil Kaylea konna nnaddfuha bil-wipes u l-ilma bis-sapun”. Ingħad ukoll li hija mietet wara li sofriet minn infjammazzjoni u infezzjoni kawża tal-obeżità u l-immobbiltà.

L-Avukat tal-Uffiċċju Ġenerali (AĠ) William Emlyn Jones qal li l-koppja wettqet reat estrem fil-konfront tal-bint.

Lloyd-Jones ammettiet li hi ħatja tal-akkużi miġjuba kontriha, dik li wasslet għall-qtil ta’ bintha kawża ta’ negliġenza kbira, filwaqt li l-missier ċaħad l-akkużi miġjuba kontrih.

Ekonomija

Sport