Friday, April 19, 2024

Fir-Russja: Ġenituri jieħdu l-liġi b’idejhom biex jikkastigaw ‘pedofelu’ … issa akkużati bi qtil għax il-Pulizija qed tgħid li dak kien innoċenti

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Każ li kien qajjem diskussjoni, kellu żvolta ġdida. F’dan il-każ, ġenituri li allegatament ħadu l-liġi b’idejhom biex jikkastigaw ‘pedofelu’ issa qed jiffaċċjaw akkuzai ta’ qtil. Dan wara li l-Pulizija qed tgħid li huma qatlu raġel innoċenti. Il-qtil sar b’mod krudili ħafna u bi vjolenza sesswali. Il-Pulizija illum temmen li t-tifla ta’ għaxar ssnin li qalet li Dmitry Chikvarkin ta’ 48 sena ta’ nazzjonalità Russa kien missha u lil tifla ta’ tliet snin,  kienet qed tigdeb bħala ċajta.

Dmitry kien jaħdem bħala sewwieq tat-trakkijiet u hu kien ta’ lift liż-żewġt itfal fuq talba tal-ġenituri tagħhom. Hu kellhom jeħodhom sa ħdejn ‘carer’. 

Omm it-tifla ta’ tlett snin, Valeria Dunaeva, meta marret tiġbor lit-tfal, huma qalulha li Chikvarkin  kien messhom.

Hi rrabjat ħafna u nfurmat lis-sieħeb tagħhom Sergey Chabin ta’ 33 sena u li jiġi missier it-tifla ta’ għaxar snin.

Huma ġabru magħhom tlett irġiel li kienu ħbieb tagħhom u marru jattakkaw lix-xufier.  Dan sar f’Verkhnyaya Pyshma fir-reġjun ta’Sverdlovsk.

Huma sabu lil Dmitri, u hu kien stuprat b’pajp tal-metall.  Wara tawh xebgħa bl-istess pajp ġo rasu, tant li kissrulu l-iskutella ta’ rasu. 

Il-mara li kienet ħadet ħsieb it-tfal kienet attakkata ukoll għax hi ippruvat tipproteġi lil Dmitri. Ix-xufier tat-trakkijiet, li li hu missier ta’ tifla ta’ sitt snin kien għadu ħaj meta l-aggressuri ħarbu.  Hu iżda miet aktar tard. 

Il-Pulizija interrogaw lit-tfal u huma tal-fehma li t-tifla l-kbira ivvintat kollox bħala ċajta. Dunaeva, Chabin u kompliċi ieħor Mikhael Ivanov qed jinżammu mill-Puliżja u ġew akkużati bil-qtil. Żewġ persuni oħra involut fl-aggressjoni għadhom maħrubin.

Sport