Friday, May 3, 2024

Firien jinvadu residenzi fl-Ingilterra

Aqra wkoll

L-Ingilterra qiegħed jinxtered l-allarm wara li reġgħu żdiedu l-każi ta’ firien “kbar daqs il-qtates” li jidħlu f’residenzi f’Norwich.

Mhux wieħed jew tnejn kienu dawk li matul is-snin irrapurtaw dwar infestazzjoni u jidher li wara li s-sena li għaddiet kien hemm problema kbira f’Liverpool, jidher li fl-aħħar jiem l-allarm jinsab f’Norwich.

Andrew Dellbridge, Kap tal-kontrolli f’dan il-qasam qal li l-populazzjoni tal-firien fiż-żona qiegħda tikber u “filwaqt li qabel kienu jaħdmu madwardna issa qegħdin jiksbu l-aċċess li qatt ma kienu ppruvaw qabel… Qegħdin jidħlu fir-residenzi u negozji tan-nies.”

Huwa wissa’ lir-residenti biex jieħdu ħsieb it-toilets hekk kif dawn il-firien kapaċi jidħlu fir-residenzi mis-sistema tad-drenaġġ.

Huwa żied jgħid li normalment ikun l-aktar imħabbat b’dawn il-kontrolli fix-xitwa, iżda dan is-sajf kelli jimpjega aktar persuni biex ilaħħaq mad-domanda tal-klijenti.

Huwa wissa’ li dawk li qegħdin iserrħu rashom fuq qtatest domestiċi sejrin żbaljati anke meta wieħed jikkunsidra l-kobor ta’ dawn il-firien.

Sport