Friday, December 27, 2024

Fit-30 sena li ġejjin se naraw bidla kbira fil-kura tal-pazjenti

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Id-Deputat Laburista Deo Debattista rrakkomanda biex ikun hemm aktar investiment f’apparat mediku sabiex il-pazjent ikollu moniteraġġ kontinwu tad-dijabete tiegħu. Barra minn hekk, saħaq li rridu nrawmu fit-tobba tagħna illi għat-30 sena li ġejjin se naraw bidla kbira fil-mod ta’ kif nikkuraw il-pazjent. 

“Il-pazjent issa jibda jmur għand tabib, u mhux bilfors joħroġ b’riċetta mingħandu. Irid jibda jmur għand tabib u dan jgħidlu x’jista’ jaqbdu f’dawn l-10 snin li ġejjin. Ir-re-active medicine fit-30 sena li ġejjin se tinbidel kompletament,” qal Debattista. “Naħseb li t-tobba tagħna rridu nrawmuhom biex għat-30 sena li ġejjin ikunu lesti għal din il-bidla kbira.”

Ekonomija

Sport