L-awtoritajiet tat-Tajlandja sabu katavru ta’ negozjant Ġermaniż fi friża. It-tfittxija għal Hans-Peter Mack ta’ 62 sena laħqet it-tmiem traġiku nhar it-Tnejn filgħaxija hekk kif il-Pulizija sabu l-fdalijiet tal-Ġermaniż f’borża taż-żibel fi friża f’dar mikrija f’Nong Prue, belt fin-Nofsinhar tat-Tajlandja.
Flimkien mal-katavru, l-investigaturi sabu wkoll rombli tal-plastik. Min-naħa tagħhom il-Pulizija sabet ukoll traċċi ta’ dak li hu maħsub li hu sprej tat-tindif li jintuża għal karozzi kemm għal ġewwa u kif ukoll għal barra.
F’kumment li ta lil midja internazzjonali, il-Maġġur Ġenerali tal-Pulizija Theerachai Chamnanmor qal li l-esperti qegħdin jiskopru li dawk kollha li wettqu dan l-att, ippruvaw jagħmlu minn kollox sabiex jeqirdu l-evidenza.
Il-kap tal-pulizija ta’ Nong Prue Tawee Kudthalaeng qal li l-awtoritajiet skoprew ukoll li Mack kellu ammont sostanzjali ta’ flus neqsin mill-kont tiegħu. Huwa żied jgħid li l-fdalijiet ta’ Mack aktar tard instabu bl-użu ta’ filmati tas-CCTV miż-żona.
Mack, li kien jaħdem bħala sensar tal-proprjetà u li kien jgħix ma’ martu Tajlandiż fil-belt tal-Lvant ta’ Pattaya, kien ilu nieqes mill-4 ta’ Lulju. Il-pulizija qalet li bħalissa għandha żewġ persuni arrestati u li huwa maħsub li dawn ftehmu bejniethom sabiex joqtlu lil Mack, ttrasportawh u li ħbewħ il-fdalijiet ta’ ġismu ġo friża.