“Nawguralkom li meta tisimgħu l-għajta tad-diqa ta’ ħutna tagħtu widen, u naf li tagħmlu hekk f’ħafna sitwazzjonijiet tas-soċjetà tagħna,” sostna l-Arċisqof Charles Jude Scicluna fl-omelija tiegħu filwaqt li wassal l-awguri tiegħu lill-uffiċjali tal-Korp tal-Pulizija.
![](https://talk.mt/wp-content/uploads/2023/07/scicluna-omelija-2023.jpeg)
Dan hekk kif illum ġiet organizzata quddiesa fil-Konkatidral ta’ San Ġwann fl-okkażjoni tal-209 anniversarju mit-twaqqif tal-Korp tal-Pulizija ta’ Malta.
![](https://talk.mt/wp-content/uploads/2023/07/rekluti.jpeg)
Fil-messaġġ tiegħu, l-Arċisqof fakkar lil kull uffiċjal preżenti sabiex ikomplu jwettqu s-servizz tagħhom b’ġustizzja lejn il-proxxmu, irrispettivament mill-uċuħ. Huwa ma naqasx milli jawguralhom dehen, saħħa, għaqal u barka.
![](https://talk.mt/wp-content/uploads/2023/07/membri-distinti-jum-il-pulzija.jpeg)
Preżenti għal din iċ-ċerimonja kien hemm diversi persuni distinti fosthom il-President George Vella, il-Ministru għall-Intern Byron Camilleri, il-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafà u anke uffiċjali ġejjin minn skali differenti fil-Korp u saħansitra numru ġmielu ta’ rekluti.