Friday, November 15, 2024

Fit-Torri tax-Xlendi se jiġu esebiti anfori li jmorru lura 700 sena Qabel Kristu

Aqra wkoll

Hekk kif nhar l-Erbgħa li ġej se jiġi nawgurat it-Torri tax-Xlendi, il-pubbliku se jkun jista’ jara esebiti anfori li jmorru lura għal 700 sena Qabel Kristu.

Dawn kienu tellgħu minn ġifen Puniku li hemm mgħarraq fl-inħawi tax-Xlendi u għalhekk huma parti integrali minn dan il-post magħruf mas-sajjieda.

It-Torri tax-Xlendi nbena madwar 400 sena ilu mill-Grammastru Lascaris. L-istudjużi jgħidu li dan hu l-eqdem torri li wieħed jista’ jsib f’Għawdex.

Għal snin twal it-Torri kien fi stat ta’ abbandun, iżda l-Kunsill Lokali tal-Munxar li taħtu taqa’ l-bajja tax-Xlendi ra potenzjal fih u permezz ta’ fondi allokali mill-Unjoni Ewropea u anke fondi tal-Kunsill, it-Torri reġa’ ħa l-ġlorja tiegħu u wara restawr estensiv se jkun jista’ jitgawda mill-pubbliku.

Ekonomija

Sport