Wednesday, December 25, 2024

Fjura oħra għaċ-Ċimiterju… ħu Polina imut wara 72 siegħa f’kundizzjoni kritika

Aqra wkoll

Semyon, l-iżgħar iben ta’ Vets Anton Kudrin u Svetlana Zapadynskaya, ġie ddikjarat mejjet fl-età ta’ ħames snin nhar l-Erbgħa li għadda, wara li qatta’ tlett ijiem f’kundizzjoni kritika f’Okhmatdyt Children’s Hospital. Dan wara li kemm il-ġenituri tiegħu kif ukoll oħtu Polina ta’ għaxar snin sfaw maqtula meta pruvaw jaħarbu minn Kyiv. L-unika persuna li għadha ħajja minn dil-familja hija Sofia, waħda mit-tliet ulied. Din bħalissa tinsab f’kundizzjoni kritika u għadha mitlufa minn sensiha.

Minkejja li r-Russja għadha tisħaq li hi għandha fil-mira tagħha targets militari, stejjer bħal din ta’ Semyon kif ukoll għadd ta’ blokok ta’ fletts meqruda, juru xort’oħra. Infatti, fl-aħħar jiem Illiya, ġuvni ta’ 15-il sena safa mejjet waqt li kien qed jilgħab logħba futbol ma’ sħabu. David u Artyom, it-tnejn ta’ 15-il sena spiċċaw b’saqajhom mimlijin b’materjal li segwa l-isplużjoni u ttieħdu l-isptar. 

Iktar kmieni din il-ġimgħa, il-President Ukren Volodymyr Zelensky argumenta li 16-il tifel u tifla sfaw maqtula f’dan il-kunflitt u kompla billi qal li l-probabbiltà hija li l-figuri jkomplu telgħin.

Familji f’din il-belt għadhom sal-lum mingħajr provvista tal-elettriku, ilma u sorsi ta’ enerġija.

Ekonomija

Sport