Monday, January 19, 2026

F’Katanja omm żagħżugħa tipprova tifga lit-tarbija tagħha iżda tiġi salvata mill-Carabinieri

Aqra wkoll

Intervent f’waqtu mill-Carabinieri ta’ Catania salva l-ħajja ta’ tifla ta’ 5 xhur, f’inċident serju li seħħ nhar il-Ħadd waranofsinhar f’San Cristoforo f’Catania.

Fuq il-midja Taljana ġie rraportat li kienet oħt l-omm li ċemplet għall-għajnuna wara li rċiviet messaġġ mingħanda. Skont il-midja Taljana l-omm issakkret f’kamra flimkien mat-tifla tagħha u bagħtet messaġġ lil oħtha fejn uriet l-intenzjoni tagħha li kienet se toqtol lit-tifla. 

Il-messaġġ li rċiviet oħtha kien jaqra xi ħaġa hekk: “Se ngħix jien… se mmut nagħfas l-imħadda… se mmut jien ukoll.”

Kien hawn li oħt l-omm ċemplet għall-għajnuna u hekk kif waslu l-Carabinieri sabu lil omm tipprova tifga lit-tarbija tagħha. B’xorti tajba t-tarbija ġiet salvata u ttieħed l-Isptar għal aktar kura filwaqt li l-omm ukoll bdiet tingħata l-għajnuna li għandha bżonn.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport