Sunday, November 24, 2024

Fl-2019, 2.3 miljun persuna mietu fl-Indja kawża ta’ tniġġis

Aqra wkoll

Studju ġdid li ġie ppubblikat fl-aħħar jiem minn Lancet jgħid li t-tniġġis wassal għall-mewt prematura ta’ iktar minn 2.3 miljun persuna ġewwa l-Indja matul is-sena 2019. Skont dan l-istudju, matul dik is-sena partikolari kien hemm kważi 1.6 miljun mewt kawża tat-tniġġis fl-arja, filwaqt li iktar minn nofs miljun mietu minħabba tniġġis tal-ilma. 

B’mod globali, ir-rapport ta’ Lancet Commission jgħid li ta’ kull sena t-tniġġis iwassal għall-mewt prematura ta’ disa’ miljun persuna – jiġifieri wieħed minn kull sitta. L-Indja hija l-iktar pajjiż affettwat mit-tniġġis fl-arja tant li ta’ kull sena medja ta’ miljun persuna jmutu kawża ta’ dan. L-istudju sab li iktar minn 90% tal-imwiet globali relatati mat-tniġġis iseħħu f’pajjiżi fejn d-dħul tan-nies huwa baxx jew medju bl-Indja tinsab fl-ewwel tal-lista, filwaqt li ċ-Ċina fit-tieni. 

Sport