Skont il-grupp Walking Borders (Caminando Fronteras), fl-2021, been sema u ilma, fl-ibħra Spanjoli għebu 4,400 immigranti.
Dan in-numru rreġistrat huwa d-doppju ta’ dak li kien innottat fl-2021u l-aktar numru minn meta bdew jinżammu dawn il-figuri fl-2018. L-istess grupp qal li matul is-sena preċedenti, irnexxielhom jidħlu fi Spanja 39,000 immigrant irregolari, ċifra simili għal dik irreġistrata fl-2020.
Walking Borders qalet li 90% tal-immigranti li kienu ddikjarati mitlufin jew mejtin, ġralhom dan f’124 nawfraġju fi triqithom għall-Gżejjer Kanarji. Sa mill-2020, ir-rotta għall-Gżejjer Kanarji saret sinonima mat-traffikar tal-immigranti li jipprovaw jaslu Spanja.
Jidher li fi Spanja huwa biss il-grupp Walking Borders, li jżomm dawn in-numru u janalizza d-dgħajjes li jipprovaw jew jirnexxielhom jilħqu l-ibħra Spanjoli. Fil-fatt, il-Ministeru għall-Intern Spanjol ma jżommx rendikont ta’ immigranti li jisfaw mejtin jittamaw jidħlu fi Spanja.