Friday, April 19, 2024

Madwar 45 passiġġier jitniżżlu minn fuq cruise ship ġewwa l-Italja minħabba li sfaw infettati bil-Covid-19

Aqra wkoll

Numru ta’ passiġġieri kellhom jitniżżlu minn fuq cruise ship ġewwa Genoa fl-Italja wara li ttestjaw pożittiv għall-Covid-19. Il-każ seħħ kmieni din il-ġimgħa u skont RaiNews24 xejn inqas minn 150 persuna ġew infettati abbord dan il-bastiment.

Madwar 45 minn dawk infettati kellhom jitniżżlu biex “jittieħdu lura d-dar b’mod sigur”. Il-kumpanija li topera dan il-cruise ship qalet li se tkun qiegħda tħallas l-ispejjeż ta’ dawn il-passiġġieri.

L-awtoritajiet tal-port ta’ Genoa kkonfermaw ma’ AFP li dawk iċ-ċittadini Taljani li kienu pożittivi ttieħdu d-dar mill-protezzjoni ċivili, filwaqt li dawk barranin ġew trasferiti fi sptarijiet.  Skont il-midja Taljan abbord il-bastiment kien hemm 4,000 persuna.

Sport