Tuesday, April 30, 2024

Fl-2021 fl-ibħra ta’ Spanja għebu 4,400 immigrant, id-doppju ta’ dak irreġġistrat fl-2021

Aqra wkoll

Skont il-grupp Walking Borders (Caminando Fronteras), fl-2021, been sema u ilma, fl-ibħra Spanjoli għebu 4,400 immigranti. 

Dan in-numru rreġistrat huwa d-doppju ta’ dak li kien innottat fl-2021u l-aktar numru minn meta bdew jinżammu dawn il-figuri fl-2018. L-istess grupp qal li matul is-sena preċedenti,  irnexxielhom jidħlu fi Spanja 39,000 immigrant irregolari, ċifra simili għal dik irreġistrata fl-2020. 

Walking Borders qalet li 90% tal-immigranti li kienu ddikjarati mitlufin jew mejtin, ġralhom dan f’124 nawfraġju fi triqithom għall-Gżejjer Kanarji. Sa mill-2020, ir-rotta għall-Gżejjer Kanarji saret sinonima mat-traffikar tal-immigranti li jipprovaw jaslu Spanja. 

Jidher li fi Spanja huwa biss il-grupp Walking Borders, li jżomm dawn in-numru u janalizza d-dgħajjes li jipprovaw jew jirnexxielhom jilħqu l-ibħra Spanjoli. Fil-fatt, il-Ministeru għall-Intern Spanjol ma jżommx rendikont ta’ immigranti li jisfaw mejtin jittamaw jidħlu fi Spanja. 

Sport