Saturday, July 20, 2024

Fl-2023 il-Victim Support Agency għenet madwar 750 persuna li kienu vittmi ta’ vjolenza domestika 

Aqra wkoll

“Jekk wieħed iħares lejn l-2023 biss, kien hemm l’fuq minn 750 persuna vittmi ta’ vjolenza domestika li rċivew l-għajnuna tal-Victim Support Agency”. Dan qalu l-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u x-Xogħol Byron Camilleri fil-Parlament. 

Il-Ministru Camilleri qal qed jiġi rrapurtat li r-rapporti ta’ vjolenza domestika żdiedu ħafna u li fil-fehma tiegħu mhux qed jiżdiedu l-każijiet iżda naħseb li qed jiżdiedu r-rapporti. Irrimarka li hija xi ħaġa pożittiva li aktar persuni qed jersqu l’quddiem sabiex jirrapurtaw u li din tfisser bidla fil-mentalitá. 

Fil-Parlament, il-Ministru qal ukoll; “Li nagħmlu l-bidla fd-definizzjoni ta’ vjolenza domestika, kienet waħda mir-rikkomandazzjonijiet illi għamel l-Imħallef Valenzia wara r-rapport li kien talab minni u mill-Ministru tal-Ġustizzja Jonathan Attard fil-qtil barbaru ta’ Bernice  Cilia”.

Semma wkoll ftit mix-xogħol illi sar, fosthom il-fatt li propju ftit tal-ġimgħat ilu, saret waħda mill-ikbar affarijiet, hekk kif beda jopera ċentru f’Santa Luċija, l-ewwel hub għall-vittmi ta’ vjolenza domestika. Qal li din kienet xi ħaġa ta’ bżonn f’pajjiżna u li ġie introduċutha fl-2020, fejn din bdiet topera minn ġod-depot. 

Qal ukoll; “Kellna bosta attivisti u professjonisit li tawna pariri tajbin. Kienu anke magħna sabiex jiggwidawna x’inhi l-ahjar triq possibli. Qed nagħmlu l-obbligu li nagħmlu ħilitna kollu sabiex naraw illi s-servizz ikun dejjem wieħed aħjar”.

Ta ukoll spjegazzjoni x’ħidma saret fl-aħħar xhur illi għaddew. Iż-żewġ miżuri li ġew introdotti sabiex jgħinu lill-vittmi ta’ vjolenza domestika, jikludu l-linja nazzjonali tas-sapport 16006 li tagħti aċċess lil kull vittma illi jkun jixtieq jaċċessa xi servizzi. Qal ukoll li dan  il-Parlament kien approva wkoll liġi, li imbagħad bdiet titħaddem mill-Victim Support Agency, illi tagħti lill-vittmi informazzjoni fuq persuna li għandhom relazzjoni maghħha qatt kien jew kienet ħatja ta’ vjolenza domestika.  

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport