Monday, April 29, 2024

Fl-2023 l-armata salvat 380 immigranti rregolari

Il-Gvern b’ħidma ta’ sistema aktar soda u ġusta…

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Pajjiżna bħala gżira f’nofs il-Mediterran huwa mira ta’ immigranti rregolari li jitilqu minn pajjiżhom bil-għan li jsibu futur aħjar. Fl-2023 l-armata tagħna salvat xejn inqas minn 380 immigranti rregolari.

Minnhom ġew irritornati lejn il-pajjiż t’oriġini tagħhom 315 u fl-istess perjodu 159 immigranti rregolari ġew rikolati 159 lejn stati membri oħra tal-Unjoni Ewropea. Dan ifisser li s-sena l-oħra, kien hemm aktar immigranti rregolari li telqu minn Malta milli waslu.

Din l-informazzjoni għaddiha l-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza, Byon Camilleri, fejn fid-dettalji li ta qal li kien hemm ukoll 1,391 ċittadini ta’ pajjiż terz oħra li nstabu jgħixu Malta rregolarment u ġew irritornati lejn il-pajjiż tal-oriġinu tagħhom jew xi pajjiż ieħor fejn huma awtorizzati li joqogħdu. 

“Naqqasna l-wasliet irregolari u jintilfu inqas ħajjiet fuq il-baħar”

Il-Ministru Camilleri qal li din il-ħidma ma bdietx fl-2023 u saret għax il-Gvern ma kienx kuntent bl-istatus quo fuq l-immigrazzjoni rregolari. “Għalhekk ittieħdu numru ta’ deċiżjonijiet, inkluż bidliet leġiżlattivi, biex is-sistema tal-immigrazzjoni rregolari tkun waħda aktar soda u ġusta, kemm lokalment u kif ukoll fuq livell internazzjonali. Ħdimna mill-qrib ma’ pajjiżi oħra, pajjiżi ta’ oriġinu u kif ukoll pajjiżi ta’ transitu, biex naqqasna l-wasliet irregolari u jintilfu inqas ħajjiet fuq il-baħar”. 

Huwa qal li bħala gvern għamlu tibdil biex pajjiżna jkollu sistema ġusta ma’ min ħaqqu protezzjoni iżda iebsa ma’ min ma jkollux dritt joqgħod ġewwa pajjiżna. Spjega li, “dan kien possibbli permezz ta’ bidliet leġiżlattivi, investiment fil-proċess tal-ażil, partikolarment bil-ħolqien tal-International Protection Agency u t-tnaqqis fl-ammont ta’ applikazzjonijiet pendenti”.  

Twaqqaf ukoll Returns Unit fi ħdan il-Ministeru biex jiffoka fuq ir-ritorn lejn il-pajjiż tal-oriġinu ta’ dawk il-persuni li ma jkunux jeħtieġu protezzjoni f’pajjiżna. 

Il-Ministru Byron Camilleri temm jgħid li, “fl-istess waqt sar xogħol estensiv fiċ-ċentri tal-immigranti, kemm dawk magħluqa u kemm dawk miftuħa, mingħajr ma poġġejna piż fuq il-komunitajiet tal-madwar kif kien ġara fi żminijiet imgħoddija”.

Huwa kien qiegħed jirrispondi għal interpellanza magħmula mid-deputat tal-PN, Joe Giglio.

Sport