Monday, May 13, 2024

Eks President tal-Brażil jiċħad akkużi ta’ kolp ta’ stat

Aqra wkoll

L-eks President Brażiljan Jair Bolsonaro qed isostni li huwa vittma ta’ persekuzzjoni politika minn meta ma baqax fil-kariga ftit aktar minn sena ilu.

Meta kien qed jindirizza lil għexieren ta’ eluf ta’ partitarji f’rally f’São Paulo, huwa qal li l-allegazzjonijiet kontrih dwar kolp ta’ stat kienu “gidba”.

Huwa appella wkoll għal amnestija għal mijiet ta’ partitarji tiegħu li kienu nstabu ħatja ta’ attakki fuq bini pubbliku.

Il-pulizija qed tinvestiga jekk is-Sur Bolsonaro inċitax kolp ta’ stat li ma rnexxiex wara li tilef l-elezzjoni fl-2022. 

Fl-indirizz tiegħu, Bolsonaro, ta’ 68 sena, qal li wasal iż-żmien li ninsew il-passat u nħallu lill-Brażil jimxi ‘l quddiem. Fl-istess waqt, huwa tkellem dwar l-elezzjonijiet presidenzjali li se jsiru fl-2026. 

Bolsonaro għadu pprojbit milli jikkontesta għal tmien snin talli allegatament dgħajjef is-sistema elettorali fil-Brażil u sostna li l-aħħar elezzjoni kienet frawdolenti, minkejja li ma kien hemm ebda evideza ta’ frodi elettorali. 

Sport