Sunday, December 22, 2024

Fl-2023 tonqos id-domanda għal appartamenti f’Għawdex

Aqra wkoll


Ċifri maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) jindikaw li s-sena li għaddiet inxtraw 553 appartament f’Għawdex. Dan kien ifisser tnaqqis ta’ 194 kuntratt ta’ xiri meta mqabbel mal-2022.

Li jfisser li għall kull 4 appartamenti li nbiegħu fl-2022 f’Għawdex, fl-2023 inbiegħu 3 biss. Dan kien l-anqas ammont ta’ appartamenti mibjugħa f’Għawdex mill-2018 ’lhawn. Dan minkejja li fl-2023 xorta kien għad hemm il-miżura tal-boll imnaqqas fuq propjeta mixtrija f’Għawdex.

Mindu spiċċat l-iskema fi tmiem Jannar sa tmiem April saru 349 konvenju f’Għawdex. Dan kien 7 fil-mija anqas mill-ammont li kienu saru fl-istess xhur is-sena ta’ qabel. Dan filwaqt li xorta l-ammont baqa aktar għoli minn dak li kien hemm qabel iddaħlet l-iskema ta’ boll imnaqqas fl-2017.

L-inċentivi qawwija li qed jagħti l-Gvern lil dawk li jixtru propjeta vakanti jew f’UCA f’Għawdex jidhru li qed ikollhom effett fuq it-tip ta’ domanda għall-propjeta f’Għawdex. Filfatt mill-propjeta kollha mibjugħa f’Għawdex is-sena li għaddiet madwar waħda minn kull sebgħa kienet dar.

Dan meta fl-2019 kienet biss waħda minn kull għaxar propjetajiet mixtrija li kienet dar. Dan jindika li l-bidliet fl-inċentivi li qed jagħti l-Gvern qegħdin jibdew iħallu effett, b’mod li ser jgħin it-twettiq tal-istrateġija Għawdex gżira ta’ villaġġi.

Ekonomija

Sport