Wednesday, July 24, 2024

Sentenza sospiża għal student Tuneżin li ammetta li ħebb għal żagħżugħ f’bajja

Aqra wkoll

Student Tuneżin ta’ 23 sena tressaq il-Qorti mixli li ta daqqa ta’ ponn lil żagħżugħ, bil-konsegwenza li dan sofra minn ġrieħi ta’ natura gravi.

Fil-Qorti, Ben Alayah ammetta għalll-akkużi kollha miġjuba kontrih, bid-difiża targumenta li Alayah u l-vittma ma jafux ll xulxin u li qatt ma argumentaw.

Fil-Qorti ingħad li l-vittma sofra daqqa ta’ ponn bi żball u li l-akkużat għandu kondotta nadifa.

Il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Rachel Montebello kkundannatu sena ħabs sospiża għal sentejn. Il-Maġistrat Montebello ħarġet ukoll ordni ta’ protezzjoni favur il-vittma.

Il-Prosekuzzjoni f’dan il-każ mill-Ispettur Nico Zarb, bl-għajnuna mill-Avukat Alessia Schembri mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali .

Ekonomija

Sport