Friday, March 20, 2026

Fl-4 ta’ Awwissu tal-2022 sirt naf li Harvey għandu l-leukemia … f’Novembru tal-2025 temm il-kimoterapija

Aqra wkoll

“4 ta’ Awwissu 2022. Data li tibqa’ f’qalbi għal dejjem.”Harvey għandu l-leukemia. Jibda l-kimoterapija nhar it-Tnejn.

It-trattament huwa l-itwal fost il-kanċers kollha… aktar minn tliet snin għas-subien.” Dawk il-kelmiet qatt ma ħarbu minni. F’dak il-mument, id-dinja waqfet.

Dan kien messaġġ li twassal fuq il-paġna ta’ Facebook ta’ Puttinu Cares, fejn ingħad li; “Kulma konna nafu dwar il-ħajja f’daqqa waħda waqaf. Il-futur inħass inċert, tqil u tal-biża’. Madankollu, b’xi mod, ma kellniex għażla ħlief li nimxu ‘l quddiem fi vjaġġ li qatt ma immaġinajna li nimxu”.

“Għal 1,198 jum, l-isptarijiet saru parti minn ħajjitna. Kimoterapija ta’ kuljum, testijiet tad-demm, appuntamenti… bil-mod il-mod saru n-normalità l-ġdida. Ħajja li l-ebda ġenitur qatt ma jimmaġina għal ibnu. Iżda bejn dawk il-ħitan, kien hemm ukoll mumenti ta’ dawl”

Il-ġenituri spjegaw kif l-appoġġ inkredibbli minn Puttinu Cares ġarrana f’xi wħud mill-aktar jiem mudlama tagħna. Is-sala kienet dejjem mimlija ġugarelli u l-famuż armarju ta’ Puttinu. Harvey kien jistenna bil-ħerqa wara kull appuntament – jaf li seta’ jagħżel kwalunkwe rigal li jogħġbu. Ġest daqshekk żgħir, iżda għal tifel li kien għaddej mill-kimoterapija, kien ifisser id-dinja kollha. Tah eċċitament f’mumenti li setgħu jħossuhom daqshekk tqal.

Huma qalu wkoll; “Żgur qed taħseb li huma ħafna ġugarelli għal tifel żgħir wieħed li kellu aktar minn tliet snin ta’ kimoterapija kuljum. Nassigurak li kien hekk. Ladarba Harvey kiber mill-ġugarelli ħadnahom kollha lura fil-ħanut tal-karità ta’ Puttinu Cares biex nerġgħu lura fiċ-ċiklu u nġorruhom ftit aktar ‘il bogħod”

Irrimarkaw li kienu fortunati li Harvey qatt ma kellu bżonn jivvjaġġa lejn ir-Renju Unit jew joqgħod fl-appartamenti ta’ Puttinu, iżda raw l-appoġġ inkredibbli li jagħtu lill-familji li jagħmlu dan. Kemm jekk f’Malta kif ukoll barra minn Malta, huma jġorru lil kull tifel u kull familja fl-inimmaġinabbli. Spjegaw kif wara 1,198 jum ta’ kuraġġ, reżiljenza, dmugħ, tama, u saħħa f’Novembru tal-2025, Harvey temm il-kimoterapija tiegħu.

Tennew jgħidu li dan il-vjaġġ biddilhom għal dejjem. Qalu; “Ħaġa waħda dejjem se tibqa’ vera, l-imħabba tagħna għal Puttinu dejjem se tibqa’ tiġri fid-demm tagħna”

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport