Saturday, December 21, 2024

Fl-aħħar jiem twieldet f’pajjiżna l-ewwel tarbija b’donazzjoni tal-isperma

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Id-Deputat Prim Ministru tkellem dwar kif is-sena li għaddiet, għall-ewwel darba wara l-emendi, is-sena li għaddiet f’pajjiżna ngħata s-servizz tal-prokreazzjoni assistita. F’dan il-proċess fis-sistema tal-IVF, permezz tat-tekonoloġija titpoġġa fil-ġuf tal-omm, l-isperma tar-raġel tagħha jew is-sieħeb tagħha, jew jekk ikun hemm problema serja jew anke f’każi ta’ nisa waħidhom, l-isperma ta’ donatur. 

Spjega kif minn disa’ interventi li saru s-sena li għaddiet, irriżultaw f’żewġ tqaliet u li fil-ġranet li għaddew kellna l-ewwel tarbija li twieldet b’donazzjoni tal-isperma.

Il-Ministru qal li meta jassisti għal dawn il-mirakli u mumenti ta’ ferħ jibqa’ determinat li bħala gvern, titwessa’ l-liġi tal-IVF biex aktar koppji jkollhom l-opportunità li jiffurmaw familji.

Ekonomija

Sport