Wednesday, July 24, 2024

Fl-aħħar tliet snin ma ġewx imġedda 235 spazju ta’ parkeġġ riservati għal persuni b’diżabilità

Aqra wkoll

Fl-aħħar tliet snin ma ġew mġedda 235 spazju ta’ parkeġġ riservati għal persuni b’diżabbiltà. Ikkonferma dan il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Aaron Farrugia waqt li kien qiegħed iwieġeb għall-mistoqsija tad-deputata Nazzjonalista Graziella Galea li talbet rendikont bejn Jannar tal-2021 sal-ġurnata li fiha qiegħda tiġi mwieġba din il-mistoqsija kemm-il permess għal blue badge parking bay ma ġiex imġedded separatament kull sena.

Il-Ministru Farrugia kkonferma li skont l-informazzjoni miġbura fl-2021 ma ġewx imġedda 70 spazju ta’ parkeġġ, fl-2022 ma ġewx imġedda 90 spazju ta’ parkeġġ u din is-sena s’issa ma ġewx imġedda 75 spazju ta’ parkeġġ.

Dwar ir-raġuni wara dan, il-Ministru qal li meta persuna jkollha parkeġġ personaliżżat riservat, qabel ma Transport Malta tirtira dak il-permess issir konsultazzjoni mal-Kunsilli Lokali sabiex ikun stabbilit jekk dak il-parkeġġ ikunx bżonnjuż għall-użu komuni, f’liema każ ma jkunx hemm għalfejn dan jitneħħa.

Ekonomija

Sport