Wednesday, July 24, 2024

Tingħata kumpens wara li t-tobba ħadu żball fid-dijanjożi tagħha u għamlet sentejn tirċievi l-kura għalxejn

Aqra wkoll

Mara fir-Renju Unit ingħatat kumpens wara li erba’ snin ilu t-tobba ħadu żball fid-dijanjożi tagħha u għamlet sentejn sħaħ tingħata l-kura kontra l-kanċer għalxejn.

Megan Royle, ta’ 33 sena, fl-2019 ingħatat l-aħbar li għandha kanċer tal-ġilda. Minnufih, hija bdiet tirċievi t-trattament meħtieġ u saħansitra għamlet ukoll xi interventi mediċi.

Sentejn wara, il-każ tagħha ġie riferut fi sptar ieħor u meta t-tobba taw ħarsa lejn l-istorja medika tagħha indunaw li kien hemm żball fid-dijanjożi tagħha.

Riżultat ta’ dan, hija rċeviet kumpens mir-Royal Marsden NHS Foundation Trust u l-Imperial College Healthcare NHS Foundation Trust, li jamministraw is-servizz patologu tal-Isptar ta’ Chelsea u Westminster, minħabba li tnejn li huma interpretaw ħażin ir-riżultati mediċi ta’ Royle li sussegwentement wasslu għal żball fid-dijanjożi tagħha.

Ekonomija

Sport