Sunday, December 22, 2024

Fl-Amerika: It-tielet jum ta’ diżgwid konsekuttiv biex jeleġġu speaker tal-Kamra

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Il-Kamra tar-Rappreżentanti tal-Amerika s’issa għadha mhix konvinta li ttella’ lil Kevin McCarthy bħala Speaker tal-Kamra. B’hekk, dan hu t-tielet jum tal-votazzjoni li matulu baqa’ ma ntgħażilx speaker minkejja li saru madwar ħdax -il attentat.  

Hemm madwar 20 legiżlatur Repubblikan li rrifjuta lil McCarthy. McCarthy għandu bżonn 218-il vot sabiex ikun elett Speaker tal-Kamra. Intant, jekk meta jintlaħaqx ftehim bejniethom, id-diżgwid ser jidħol għar-raba’ jum.

Dan kollu juri li dan id-diżgwid huwa l-itwal votazzjoni f’dan l-aħħar seklu sabiex sempliċiment jintgħażel speaker. Kien propju fl-1860 meta l-Unjoni tal-Istati Uniti kienet qed tikkumbatti ma’ kwistjoni ta’ din ix-xorta.

Ekonomija

Sport