Tuesday, November 26, 2024

Fl-Amerka: Missier joqtol lil martu u bintu ta’ sitt snin … uliedu l-oħra jirnexxilhom jaħarbu mid-dar

Aqra wkoll

Tlett itfal li kienu qed jinżammu bħala ostaġġi fid-dar tagħhom minn missierhom stess, irnexxielhom jaħarbu. Dan għamluh qabel il-missier spara u qatel lil martu u lil bintu ta’ sitt snin. 

Qabel ma ġara l-qtil, huma laħqu ħarbu minn darhom u marru għand xi familjari tagħhom. Huwa mifhum li l-erbat itfal kienu kollha d-dar meta f’ħin minnhom il-ġirien semgħu ħames tiri ġejjin miill-istess residenza. 

Malli l-pulizija waslu fuq il-post ipprovaw jagħmlu kuntatt man-nies li joqogħdu fl-istess appartament fejn instemgħu t-tiri. Huma ppruvaw ukoll jagħmlu kuntatt mal-agressur iżda ma weġibhomx. 

Kif il-pulizija daħlu fir-residenza sabu tliet persuni mejtin li kienu l-omm, tifla ta’ sitt snin u l-missier. Il-mewta tagħhom kienet kawża tal-istess sparaturi. 

Il-missier diġà kellu akkużi oħra ta’ vjolena domestika fil-passat. L-ewwel każ kien irrapurtat fl-2004 iżda din is-sena kellu wkoll żewġ rapporti. 

Għadu mhux ċar x’seta’ wassal għal dan id-delitt u l-pulizija għadhom għaddejjin bl-investigazzjonijiet tagħhom. 

Sport