Tuesday, May 14, 2024

ARA: uħud mill-ewwel ritratti tal-Hephaestus … Għaddasa barranin interessati jesplorawh

Aqra wkoll

Il-PDSA se tinstalla baga biex jevitaw li l-għaddasa jankraw u jikkawżaw ħsara ambjentali

Il-bastiment tal-Hephaestus li tniżżel fil-baħar it-Tnejn li għadda diġà qiegħed jiġbed interess ta’ għaddasa minn pajjiżi barranin. 

OLYMPUS DIGITAL CAMERA

Ikkonferma dan ma’ Talk.mt is-Segretarju tal-Assoċjazzjoni għat-Tagħlim tal-Għads fuq livell Professjonali Max Valli filwaqt li qalilna li l-aħbar tal-operazzjoni mmexxija minnhom it-Tnejn li għadda diġà infirxet sew madwar l-Ewropa. Valli spjega magħna li din l-attrazzjoni ġdida se tagħti imbuttatura tajba lis-settur minħabba li għaddasa li diġà ġew f’pajjiżna diversi drabi se jkollhom motivazzjoni biex jippruvaw din l-esperjenza ġdida.  

OLYMPUS DIGITAL CAMERA

Rigward l-attrazzjoni Valli qal li f’dawn l-ewwel ritratti hemm ftit li xejn ħajja anke l-bastiment għadu fi stat kważi ekwivalenti għal dak qabel ġie mgħarraq. Huwa qalilna li fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin il-Hephaestus mistenni joffri kenn lil diversi speċi.

Mal-pubblikazzjoni tal-kordinati flimkien ma’ xi dettalji oħra relatati mal-għads għal din l-attrazzjoni l-ġdida, il-PDSA qiegħda tfakkar li dawk eleġibbli biex jogħdsu huma dawk ċertifikati li jistgħu jagħmlu dan f’fond ta’ bejn 30 u 40 metru (Dip Speciality Certification) u t-tekniċi.

OLYMPUS DIGITAL CAMERA

Valli spjega dwar l-installazzjoni ta’ baga li l-PDSA applikat għaliha minħabba l-ħtieġa li l-għaddasa jkunu jistgħu jmorru sal-post bid-dgħajjes tagħhom li jintrabtu minflok jinxteħtu l-ankri li jistgħu jikkawżaw danni ambjentali f’qiegħ il-baħar. Barra minn hekk din il-baga se tkun qiegħda toffri wkoll ċertu aktar sigurtà lill-għaddasa filwaqt li tgħinhom isibu l-kordinati ta’ din l-attrazzjoni ġdida. 

OLYMPUS DIGITAL CAMERA

Sport