It-tifel Awstraljan li kien passiġġier fuq wieħed miż-żewġ ħelikopters li ħabtu flimkien qrib is-Sea World theme park fl-Awstralja għadu f’qagħda kritika. Dan kien ikkonfermat fl-aħħar sigħat mill-awtoritajiet tas-saħħa ta’ Queensland.
Nicholas Tadros, tifel t’għaxar snin minn Sydney, huwa bin Vanessa Tadros — il-mara ta’ 36 sena li tilfet ħajjitha f’din it-traġedja nhar it-Tnejn li għadda. Fl-istess inċident li seħħ ftit tal-jiem ilu tilfu ħajjithom tliet persuni oħra: koppja minn Merseyside u pilota Ingliż.
F’kumment li ngħatat il-midja Awstraljana News Corp mingħand xi ħadd mill-kuġini ta’ Vanessa Tadros, intqal illi minkejja li Nicholas għadu f’koma, l-aħħar intervent li sarlu biex iwaqqfulu milli jkompli jitlef ħafna demm kien suċċess.
Skont ma ddikjaraw l-awtoritajiet tas-saħħa ta’ Queensland, tliet persuni minn dawk li ddaħħlu l-isptar intbagħtu lura d-dar fis-sigħat li għaddew.