Friday, May 3, 2024

ARA: Imutu erba’ persuni f’inċident bejn żewġ ħelikopters fl-Awstralja

Aqra wkoll

L-awtoritajiet tas-saħħa Awstraljana, Queensland Ambulance, ikkonfermaw li mietu erba’ persuni filwaqt li tlieta oħra jinsabu fil-periklu tal-mewt wara ħabta li seħħet bejn żewġ ħelikopters qrib is-Sea World theme park. Oħrajn ittieħdu l-isptar minħabba li sofrew minn xi ġrieħi.

“Minn dak li rajna, wieħed mill-ħelikopters kien qed jipprepara biex jibda t-titjira, filwaqt li l-ieħor kien qed jillandja. Iż-żewġ ħelikopters ħabtu ma’ xulxin”, spjegat Emma Burch (waħda min-nies li inzertaw fil-post fil-ħin tal-inċident) mal-midja Awstraljana Daily Mail.

Jidher li wieħed mill-ħelikopters tilef il-kontroll u kkraxxja fuq bajja. Erba’ persuni abbord fuq dan il-ħelikopter, inkluż il-pilota, tilfu ħajjithom f’dan l-inċident filwaqt li tliet persuni oħra — mara u żewġ subien — jinsabu f’kundizzjoni kritika. Il-ħelikopter l-ieħor irnexxielu jillandja. Abbord fit-tieni -ħelikopter kien hemm sitt persuni li wħud minnhom sofrew ġrieħi ħfief.

Sport