Friday, April 19, 2024

Kunċert tal-Epifanija f’Bormla

Aqra wkoll

Nhar l-Erbgħa li ġej, 4 ta’ Jannar 2023 fis-7:15 p.m., ser jittella’ kunċert orkestrali fil-Knisja ta’ Santa Tereża f’Bormla. Dan il-kunċert ser jitmexxa taħt id-direzzjoni tas-Surmast Bormliż Etiennè Spiteri.

Waqt il-kunċert ser jindaqqu għanjiet relatati ma’ dawn iż-żminijiet, kif ukoll xogħlijiet klassiċi mill-pinna ta’ kompożituri lokali u barranin bħal Lorenzo Abela Scolaro, Luigi Fenech, George Bizet u Edvard Grieg. Fost il-kompożizzjonijiet esegwiti ser jindaqq ukoll xogħol tas-Surmast Etiennè Spiteri. Jingħaqad mal-Orkestra, it-Tenur Georg Zammit.

Dan il-kunċert ser ikompli jservi ta’ tiġdid u tisħiħ lit-talent lokali Malti u Għawdxi.

Ħajr lill-Fondazzjoni Kottonera u l-Onor. Glen Bedingfield li bis-saħħa tagħhom ser ikun jista’ jittella’ dan il-kunċert.

Kulħadd huwa mistieden li jattendi għal dan il-kunċert.

Sport