Friday, May 3, 2024

Mil-lum eluf mistennija jsellmu lill-Papa Emeritu Benedittu XVI fil-Vatikan

Aqra wkoll

Eluf ta’ nies huma  mistennija jsellmu lill-Papa Emeritu Benedittu XVI. Aktar tard, illum se jkun għall-qima tal-poplu fil-Bażilika ta’ San Pietru fil-Vatikan. Il-katavru tal-Papa Benedittu XVI se jkun espost għal pubbliku għal tlett ijiem sħaħ, bid-dħul ikun dak sas-7:00 p.m. 

Il-mewt tiegħu tħabbret lejliet l-ewwel tas-Sena fl-età ta’ 95 sena. Benedittu XVI irriżenja aktar qabel fl-2013 minħabba problemi ta’ saħħa. Din id-deċiżjoni tiegħu fissret li huwa kien l-ewwel Papa li rriżenja mill-irwol tiegħu ta’ Kap tal-Knisja Kattolika f’600 sena. Il-funeral tiegħu se jseħħ il-Ħamis u se jkun il-Papa Franġisku stess li se jkun qiegħed jippersiedi ċ-ċelebrazzjoni. 

Il-Papa Emeritu Benedittu XVI huwa l-ewwel Papa li ser ikun qiegħed jindifen mis-suċċessuri tiegħu. Skont kelliem tal-Vatikan l-funeral tiegħu mistenni jkun wieħed sempliċi u solenni. 

L-aħħar funeral ta’ Papa kien dak ta’ Papa Ġwanni Pawlu II fl-2005. Dan kien wieħed mill-akbar avveniment tal-Kristjani fl-Istorja hekk kif madwar erba’ miljun persuna żaru Ruma biex jagħtuh l-aħħar tislima.

Sport