“Ibni kien qed jagħmel xogħlu” – Omm tirreaġixxi wara li binha ġie aggredit minn tliet persuni

Aqra wkoll

“Ibni kien sempliċiment qed jagħmel xogħlu”

Omm esprimiet ix-xokk u r-rabja tagħha wara li binha allegatament ġie aggredit minn tliet persuni waqt li kien fuq il-post tax-xogħol tiegħu.

F’kitba fuq il-midja soċjali, l-omm spjegat li binha kien qed jagħmel xogħlu meta talab lil tliet persuni biex jiċċekjahom wara li daqqet l-allarm tas-sigurtà. Skontha, is-sitwazzjoni eskalat u t-tliet persuni aggredew lil binha.

L-omm qalet li kienet ixxukkjata wara li rat il-filmat tal-inċident jiċċirkola fuq Facebook, filwaqt kif binha kien ippreparat biex jiddefendi ruħu u jevita ġrieħi aktar serji.

Hija kkundannat kull forma ta’ vjolenza u appellat biex issir ġustizzja u dawk responsabbli jinżammu responsabbli għal għemilhom.

L-omm irringrazzjat ukoll lil dawk kollha li ċemplu, bagħtu messaġġi u wrew solidarjetà magħha u mal-familja tagħha.

Il-Pulizija qed tinvestiga l-każ.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport