Caritas Malta terġa’ torganizza l-Ikla tal-Milied għal dawk li se jqattgħu l-festi waħedhom – is-sena l-oħra attendew 600 persuna

Aqra wkoll

Għat-12-il darba, Caritas Malta se torganizza l-Ikla tal-Milied fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana, bil-għan li persuni li jinsabu waħedhom jew li m’għandhomx il-mezzi biex jagħmlu ikla jkunu jistgħu jiċċelebraw il-Milied f’ambjent ta’ familja.

L-inizjattiva, li bdiet fl-2015 b’madwar 200 parteċipant, kibret matul is-snin, tant li s-sena li għaddiet attendew madwar 600 persuna.

L-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi saħaq li din l-attività mhix biss dwar l-għoti tal-ikel, iżda wkoll dwar il-ħolqien ta’ opportunità biex persuni li jħossuhom waħedhom jiltaqgħu ma’ oħrajn.

Anke din is-sena, il-Kċina ta’ Marta se tkun qed tqassam ikliet lil dawk li ma jistgħux jattendu minħabba raġunijiet ta’ saħħa, mobbiltà jew ċirkostanzi oħra.

Il-pubbliku jista’ wkoll jagħti sehmu bħala voluntier biex jgħin fl-organizzazzjoni tal-ikla.

Dawk li jixtiequ jattendu jew jitolbu aktar informazzjoni jistgħu jċemplu lil Caritas Malta fuq 7955 5915.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport